INTRODUZZJONI

Merħba għall-istqarrija dwar il-privatezza ta’ Yonder Consulting Limited Survey. Yonder Data Solutions huwa l-isem kummerċjali ta’ Yonder Consulting Limited.

Yonder tirrispetta l-privatezza tiegħek u timpenja ruħha sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek. Din l-istqarrija dwar il-privatezza se tinformak dwar kif nieħdu ħsieb id-data personali tiegħek meta tipparteċipa fi stħarriġ online filwaqt li tinformak dwar id-drittijiet tiegħek dwar il-privatezza u kif il-liġi tipproteġik.

Din l-istqarrija dwar il-privatezza ma tapplikax għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali marbuta ma’ dan is-sit web. Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar kif Yonder tiġbor u tipproċessa d-data personali tiegħek meta żżur dan is-sit web, jekk jogħġbok irreferi għall-Istqarrija dwar il-Privatezza tas-Sit Web tagħna. Barra minn hekk, jekk tipprovdilna data online bħala membru tal-Y Live panel, l-Istqarrija dwar il-Privatezza ta’ .Y Live tagħna se tapplika minflok din l-istqarrija dwar il-privatezza.

Yonder twettaq stħarriġ ta’ riċerka dwar is-suq f’isem il-klijenti tagħha. Din l-istqarrija dwar il-privatezza tapplika biss għal stħarriġ fejn Yonder hija l-kontrollur tad-data fir-rigward ta’ dan l-istħarriġ.

· Jekk Yonder waħidha tiddeċiedi min jipparteċipa fl-istħarriġ u liema mistoqsijiet jintużaw mela Yonder tkun l-uniku kontrollur tad-data tal-istħarriġ u din l-istqarrija dwar il-privatezza se tapplika flimkien ma’ stqarrijiet oħra pprovduti fil-bidu tal-istħarriġ.

· Jekk Yonder u l-klijent(i) tagħha jikkondividu r-responsabbiltà tad-deċiżjoni dwar min jipparteċipa fl-istħarriġ u liema mistoqsijiet jintużaw, f’dak il-każ aħna nkunu kontrollur flimkien ma’ klijent wieħed jew bosta klijenti tagħna u din l-istqarrija dwar il-privatezza tapplika flimkien ma’ kwalunkwe stqarrija oħra pprovduta fil-bidu tal-istħarriġ li tista’ tinkludi l-istqarrija dwar il-privatezza tal-klijent tagħna.

· Jekk klijent tagħna jżomm il-kontroll ġenerali ta’ min jipparteċipa fl-istħarriġ u liema mistoqsijiet jintużaw u aħna naġixxu biss skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-klijent, Yonder tkun f’dak il-każ proċessur tad-data għall-istħarriġ u mhux kontrollur u din l-istqarrija dwar il-privatezza ma tapplikax, u japplikaw biss l-istqarrijiet ipprovduti fil-bidu tal-istħarriġ.

Aħna se ninformawk fil-bidu tal-istħarriġ jekk Yonder hijiex l-uniku kontrollur, kontrollur ma’ xi ħadd ieħor jew inkella proċessur tad-data fir-rigward tal-istħarriġ. Jekk ma nkunux il-kontrollur tad-data, jew mhux l-uniku kontrollur tad-data, se ninformawk ukoll dwar min huma l-kontrolluri l-oħra tad-data.

Din l-istqarrija dwar il-privatezza hija pprovduta f’format imtarraġ u għaldaqstant tista’ tikklikkja fuq is-sezzjonijiet speċifiċi elenkati hawn taħt. Nitolbuk ukoll tagħmel użu mill-Glossarju sabiex tifhem sew xi jfissru ċerti termini użati f’din l-istqarrija.

1. INFORMAZZJONI IMPORTANTI U MIN AĦNA

2. ID-DATA LI NIĠBRU DWAREK
3. KIF INHI MIĠBURA D-DATA TIEGĦEK
4. KIF NUŻAW ID-DATA PERSONALI TIEGĦEK
5. DIVULGAZZJONIJIET DWAR ID-DATA PERSONALI TIEGĦEK
6. TRASFERIMENTI INTERNAZZJONALI
7. IS-SIGURTÀ TAD-DATA
8. IŻ-ŻAMMA TA’ DATA
9. ID-DRITTIJIET LEGALI TIEGĦEK
10. GLOSSARJU

1. INFORMAZZJONI IMPORTANTI U MIN AĦNA

1.1 Skop ta’ din l-Istqarrija dwar il-Privatezza

Din l-istqarrija dwar il-privatezza għandha l-għan li tipprovdilek informazzjoni dwar kif Yonder tiġbor u tipproċessa d-data personali tiegħek meta tieħu sehem fi stħarriġ.

Huwa importanti li taqra din l-istqarrija dwar il-privatezza flimkien ma’ kwalunkwe stqarrija oħra dwar il-privatezza jew ta’ pproċessar ġust li nistgħu nipprovdulek f’okkażjonijiet speċifiċi meta nkunu qed niġbru jew nipproċessaw id-data personali dwarek sabiex int tkun taf bis-sħiħ kif u għaliex nużaw id-data tiegħek. Din l-istqarrija dwar il-privatezza tikkomplimenta stqarrijiet oħra u mhux intenzjonata li tieħu posthom.

1.2 Kontrollur

Yonder Consulting Limited hija l-kontrollur u responsabbli għad-data personali tiegħek (kollettivament imsejħa bħala “Yonder”, “aħna” jew “tagħna” f’din l-istqarrija dwar il-privatezza).

Aħna ħtarna uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (UPD) li huwa responsabbli li jissorvelja kwistjonijiet relatati ma’ din l-istqarrija dwar il-privatezza. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din l-istqarrija dwar il-privatezza, inkluz kif tista’ teżerċita d-drittijiet legali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-UPD billi tuża d-dettalji li ġejjin.

1.3 Dettalji ta’ kuntatt

Isem tal-kumpanija: Yonder Consulting Limited

Isem jew titolu tal-UPD: Mike Wooderson

Indirizz elettroniku: dataprotection@yonderconsulting.com

Indirizz postali: Northburgh House, 10 Northburgh Street, London, EC1V 0AT (Renju Unit)

Għandek id-dritt li tibgħat l-ilment tiegħek fi kwalunkwe ħin lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni (ICO, Information Commissioner’s Office) tar-Renju Unit, l-awtorità superviżorja fir-Renju Unit għal kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data (www.ico.org.uk). Madankollu, napprezzaw li kieku jkollna l-opportunità li nindirizzaw it-tħassib tiegħek qabel ma’ tirrikorri għall-Uffiċċju msemmi hawn fuq u allura nitolbuk tikkuntattjana fuq, jekk jogħġbok, bħala l-ewwel pass.

1.4 Tibdil fl-Istqarrija dwar il-privatezza u d-Dover tiegħek li tinformana dwar Tibdil

Din il-verżjoni ġiet aġġornata l-aħħar f’Mejju 2018 u tista’ tinkiseb billi tikkuntattjana.

Huwa importanti li d-data personali li nżommu dwarek tkun korretta u aġġornata.Żommna għalhekk informati jekk id-data personali tiegħek tinbidel matul ir-relazzjoni tagħna miegħek.

1.5 Links ta’ Partijiet Terzi

Dan is-sit web jaf jinkludi links għal siti web, plug-ins jew applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi. Meta tikklikkja fuq dawn il-links jew tistabbilixxi dawn il-konnessjonijiet jaf tippermetti lil partijiet terzi jiġbru jew jikkondividu data dwarek. Aħna ma nikkontrollawx dawn is-siti web ta’ partijiet terzi u m’aħniex responsabbli għall-istqarrijiet dwar il-privatezza tagħhom. Meta toħroġ mis-sit web tagħna, inħeġġuk taqra l-istqarrija dwar il-privatezza ta’ kull sit web li żżur.

2. ID-DATA LI NIĠBRU DWAREK

2.1 Data personali, jew informazzjoni personali, tfisser informazzjoni dwar individwu li permezz tagħha dak l-individwu jista’ jiġi identifikat. Ma tinkludix data fejn l-identità tiġi mneħħija (data anonima).

2.2 Nistgħu niġbru, nużaw, naħżnu u nittrasferixxu diversi tipi ta’ data personali dwarek li qsamna fil-gruppi li ġejjin:

Id-Data dwar l-identità tinkludi l-isem, il-kunjom ta’ xebba, il-kunjom, l-identifikatur tal-utent jew identifikatur simili, l-istatus ċivili, it-titolu, id-data ta’ twelid u l-ġeneru.

Id-Data ta’ Kuntatt tinkludi l-indirizz, l-indirizz elettroniku u n-numri tat-telefon.

Id-Data Finanzjarja tinkludi l-kont tal-bank u d-dettalji tal-karta li tintuża għall-pagament.

Id-Data dwar it-Tranżazzjonijiet tinkludi dettalji dwar il-pagamenti li saru lilek.

Id-Data tal-Istħarriġ tinkludi r-risposti li int tagħti għal kwalunkwe stħarriġ li nistednuk tipparteċipa fih.

Id-Data’ dwar Komunikazzjoni tinkludi l-korrispondenza tiegħek magħna u kwalunkwe feedback dwar is-servizzi tagħna li tipprovdilna.

2.3 Aħna wkoll niġbru, nużaw u nikkondividu Data Aggregata bħal data statistika jew demografika għal kwalunkwe skop. Id-Data Aggregata tista’ tiġi derivata mid-data personali tiegħek iżda mhijiex ikkunsidrata bħala data personali skont il-liġi peress li din id-data ma tiżvelax direttament jew indirettament l-identità tiegħek. Pereżempju, aħna nistgħu niġbru flimkien id-Data tal-Istħarriġ tiegħek sabiex inwettqu riċerka tas-suq jew riċerka statistika. Madankollu, jekk nikkombinaw jew nagħmlu konnessjoni bejn id-Data Aggregata mad-data personali tiegħek b’tali mod li tista’ tiġi identifikat(a) direttament jew indirettament, aħna nikkunsidraw id-data kombinata bħala data personali li se tintuża f’konformità ma’ din l-istqarrija dwar il-privatezza.

2.4 Aħna se niġbru biss ċerti Kategoriji Speċjali ta’ Data Personali dwarek (dawn jistgħu jinkludu dettalji dwar ir-razza jew l-etniċità tiegħek, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku tiegħek, il-ħajja sesswali tiegħek, l-orjentazzjoni sesswali tiegħek, l-opinjonijiet politiċi tiegħek, is-sħubija tiegħek ma xi trade union, informazzjoni dwar is-saħħa tiegħek jew data ġenetika jew bijometrika) jew informazzjoni dwar kundanni penali jew reati kriminali biss bil-kunsens espliċitu tiegħek, u biss jekk din id-data hija relevanti għall-istħarriġ inkwistjoni, bħala parti mid-Data tal-Istħarriġ.

2.5 Jekk ma tixtieqx tipprovdi data personali meta mitluba, tista’ ma tkunx eliġibbli li tieħu sehem fl-istħarriġ u għalhekk titlef milli tirċievi ċerti inċentivi jew benefiċċji talli tieħu sehem fl-istħarriġ.

3. KIF NIĠBRU D-DATA PERSONALI TIEGĦEK

3.1 Aħna nużaw metodi differenti biex niġbru d-data minnek u dwarek inkluż permezz ta’:

Interazzjonijiet diretti. Inti tista’ tagħtina d-Data tiegħek dwar l-Identità, ta’ Kuntatt, Finanzjarja u tal-Istħarriġ billi timla formoli jew tikkuntattjana permezz tal-posta, iċċemplilna, tibgħatilna email jew metodi oħra. Din jinkludi d-data personali li tipprovdilna meta tieħu sehem fi stħarriġ jew tagħtina xi feedback.

Teknoloġiji jew interazzjonijiet awtomatizzati. Hekk kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna, aħna nistgħu niġbru awtomatikament Data Teknika jew Data dwar l-Użu tat-tagħmir tiegħek, kif ukoll l-azzjonijiet u x-xejriet tat-tfittix tiegħek. Aħna niġbru din id-data personali permezz ta’ cookies, logs tas-server u teknoloġiji oħra simili. Aħna nistgħu nirċievu wkoll Data Teknika dwarek jekk iżżur siti web oħra li jużaw il-cookies tagħna. Inti tista’ jekk trid tissettja l-parametri tal-brawżer tal-Internet tiegħek b’tali mod li jirrifjuta l-cookies kollha jew xi cookies, jew li jinformak meta s-siti web jissettjaw jew jaċċedu għal cookies. Jekk tiddiżattiva jew tirrifjuta l-cookies, jekk jogħġbok innota li ċerti partijiet minn dan is-sit web jistgħu jsiru inaċċessibbli jew jafu ma jaħdmux kif suppost. Jekk jogħġbok ara l-Politika tal-Cookies tagħna għal aktar dettalji.

Partijiet terzi jew sorsi disponibbli għall-pubbliku. Aħna nistgħu nirċievu data personali dwarek minn diversi partijiet terzi u sorsi pubbliċi bħal dawn t’hawn taħt:

– Data ta’ Identità jew ta’ Kuntatt minn sensara jew aggregaturi tad-data bbażati fl-UE.

– Data ta’ Identità jew ta’ Kuntatt minn sorsi disponibbli għall-pubbliku bħal pereżempju r-Reġistru tal-Kumpaniji jew ir-Reġistru Elettorali bbażati fl-UE.

4. KIF NUŻAW ID-DATA PERSONALI TIEGĦEK

4.1 Aħna inkludejna hawn taħt, f’forma ta’ tabella, deskrizzjoni tal-metodi kollha kif nippjanaw li nużaw id-data personali tiegħek, u liema bażijiet legali nibbażaw ruħna fuqhom biex nagħmlu dan. Aħna identifikajna wkoll l-interessi legali tagħna fejn xieraq.

4.2 Jekk jogħġbok innota li nistgħu nipproċessaw id-data personali tiegħek għal aktar minn bażi leġittima waħda skont l-iskop speċifiku li għalih inkunu qed nużaw id-data tiegħek. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk ikollok bżonn dettalji dwar il-bażi legali speċifika li nkunu qed nibbażaw ruħna fuqha biex nipproċessaw id-data personali tiegħek fejn aktar minn bażi leġittima waħda hija elenkata fit-tabella t’hawn isfel.

4.3 Ikklikkja hawnhekk biex issir taf aktar dwar it-tipi ta’ bażijiet legali li qed nibbażaw ruħna fuqhom biex nipproċessaw id-data personali tiegħek.

4.4 Tibdil fl-Iskop

Aħna nużaw id-data personali tiegħek biss għall-iskopijiet li għalihom inkunu ġbarniha, sakemm ma nikkunsidrawx b’mod raġonevoli li għandna bżonn nużawha għal skop ieħor u li dak l-iskop huwa kompatibbli mal-iskop oriġinali. Jekk tixtieq spjegazzjoni dwar kif l-ipproċessar għal dan l-iskop il-ġdid huwa kompatibbli mal-iskop oriġinali, nitolbuk ġentilment tikkuntattjana.

Jekk ikollna bżonn nużaw id-data personali tiegħek għal skop mhux relatat, se ninformawk u nispjegawlek il-bażi legali li tippermettilna li nagħmlu dan.

Nitolbuk ġentilment tinnota li nistgħu nipproċessaw id-data personali tiegħek mingħajr ma tkun taf jew il-kunsens tiegħek, f’konformità mar-regoli msemmija hawn fuq, fejn dan huma rikjest jew permess mil-liġi.

5. DIVULGAZZJONIJIET TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK

5.1 Jaf ikollna bżonn nikkondividu d-data personali tiegħek ma’ partijiet imniżżla hawn isfel abbażi tar-raġunijiet/bażijiet imsemmija fit-tabella fil-paragrafu 4 t’hawn fuq.

• Aħna nistgħu wkoll niżvelaw informazzjoni lil-Yonder Consulting Limited Group ibbażat fir-Renju Unit fir-rwol tagħhom ta’ kontrolluri konġunti jekk stħarriġ huwa mwettaq f’isem kumpanija ta’ Yonder Consulting Limited Group li mhijiex Yonder Data Solutions.

• Fornituri ta’ servizzi li jaġixxu bħala proċessuri bbażati fir-Renju Unit li jipprovdu servizzi ta’ IT u amministrazzjoni tas-sistemi.

• Konsulenti professjonali li jaġixxu bħala proċessuri jew kontrolluri inklużi avukati, bankiera, awdituri jew assiguraturi bbażati fir-Renju Unit li jipprovdu konsulenza, servizzi bankarji, servizzi legali, assigurazzjoni jew servizzi ta’ kontabilità.

• HM Revenue & Customs, regolaturi jew awtoritajiet oħra li jaġixxu bħala proċessuri jew kontrolluri fir-Renju Unit li jirrikjedu rappurtar tal-attivitajiet ta’ pproċessar f’ċerti ċirkostanzi.

• Kumpaniji ġeodemografiċi bħal Experian li jaġixxu bħala proċessur ibbażat fir-Renju Unit li jipprovduna b’servizzi analitiċi addizzjonali jew għarfien dwar l-istħarriġ tagħna.

• Partijiet terzi li niddeċiedu li nbigħulhom jew nittrasferixxulhom partijiet mill-attività tan-negozju jew l-assi tagħna jew ma’ min nimmalgamawhom. Inkella, nistgħu nfittxu li nakkwistaw negozji oħra jew li nimmalgawmaw magħhom. Jekk ikun hemm tibdil fl-istruttura tagħna, is-sidien il-ġodda jafu jużaw id-data personali tiegħek bl-istess mod kif stabbilit fl-istqarrija tal-privatezza.

5.2 Sakemm ma ninnotifikawkx fil-bidu tal-istħarriġ jew sakemm ma nkunux ksibna l-kunsens tiegħek bħala parti mill-istħarriġ, aħna mhux se niżvelawx id-Data tal-Istħarriġ li hija data personali lill-klijenti tagħna. Id-Data tal-Istħarriġ hija anonimizzata u nikkondividuha mal-klijenti jew partijiet terzi oħra f’forma ġenerika li ma tidentifikakx. Pereżempju: “8 minn kull 10 persuni fir-Renju Unit huma kuntenti bix-xogħol attwali tagħhom.”

5.3 Aħna nesiġu li l-partijiet terzi kollha jirrispettaw is-sigurtà tad-data personali tiegħek u li jużawha skont kif mitlub mil-liġi. Ma nħallux fornituri ta’ servizzi ta’ partijiet terzi jużaw id-data personali tiegħek għal skopijiet personali tagħhom u nħalluhom biss jipproċessaw id-data personali tiegħek għal skopijiet speċifiċi u skont l-istruzzjonijiet tagħna.

6. TRASFERIMENTI INTERNAZZJONALI

6.1 Kull meta nittrasferixxu d-data personali tiegħek barra miż-ŻEE, aħna niżguraw li jingħata livell simili ta’ protezzjoni billi naċċertaw li mill-inqas wieħed minn dawn is-salvagwardji jiġu implimentati:

• Aħna se nittrasferixxu d-data personali tiegħek biss lil pajjiżi li huma meqjusa li għandhom livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali mill-Kummissjoni Ewropea. Għal aktar dettalji, ara: Kummissjoni Ewropea: Adegwatezza tal-protezzjoni tad-data personali f’pajjiżi mhux fl-UE.

• Meta nużaw ċerti fornituri ta’ servizzi, nistgħu nużaw kuntratti speċifiċi approvati mill-Kummissjoni Ewropea li jagħtu lid-data l-istess protezzjoni bħalma tingħata fl-Ewropa. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara: Kummissjoni Ewropea: Mudelli ta’ kuntratti għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi.

• Meta nagħmlu użu minn fornituri tas-servizzi bbażati fl-Istati Uniti, nistgħu nittrasferixxu d-data lilhom jekk huma parti mit-Tarka tal-Privatezza bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti (Privacy Shield) li tobbligahom li jipprovdu protezzjoni simili tad-data personali. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara: Kummissjoni Ewropea: Tarka tal-Privatezza UE-U.S. (Privacy Shield).

6.2 Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tixtieq informazzjoni addizzjonali dwar il-mekkaniżmu speċifiku użat minna meta nittrasferixxu d-data personali tiegħek barra miż-ŻEE.

7. SIGURTÀ TAD-DATA

7.1 Aħna implimentajna miżuri tas-sigurtà xierqa sabiex nipprevjenu li d-data personali tiegħek tiġi mitlufa, użata, aċċessata, immodifikata jew żvelata b’mod aċċidentali jew mhux awtorizzat. Barra minn hekk, nillimitaw l-aċċess għad-data personali tiegħek għall-impjegati, aġenti, kuntratturi u partijiet terzi oħra li għandhom bżonn kummerċjali li jużawha. Huma se jipproċessaw id-data personali tiegħek biss skont l-istruzzjonijiet tagħna u huma soġġetti għall-obbligu ta’ kunfidenzjalità.

7.2 Aħna implimentajna wkoll proċeduri biex nittrattaw kwalunkwe suspett li jkollna ta’ ksur ta’ data personali u se ninnotifikawk u lil kwalunkwe regolatur dwar dan il-ksur fejn aħna mitlubin li nagħmlu hekk legalment.

8. ŻAMMA TAD-DATA

8.1 Sa meta se tużaw id-Data Personali tiegħi?

Aħna se nżommu d-data personali tiegħek biss sakemm ikollna bżonnha biex nissodisfaw l-iskop li għalih inkunu ġbarniha, inkluż għall-iskopijiet legali, ta’ kontabilità jew rapportar.

Sabiex niddeterminaw il-perjodu xieraq ta’ żamma tad-data personali, aħna nikkunsidraw l-ammont, in-natura u s-sensittività tad-data personali, ir-riskju potenzjali ta’ ħsara/dannu li jirriżulta minn użu mhux awtorizzat jew divulgazzjoni tad-data personali tiegħek, l-iskopijiet li għalihom nipproċessaw id-data personali tiegħek kif ukoll jekk nistgħux nissodisfaw dawk l-iskopijiet permezz ta’ mezzi oħra, u r-rekwiżiti legali applikabbli.

Skont il-liġi, aħna meħtieġa nżommu informazzjoni bażika dwar il-membri tal-panel tagħna (inkluża d-Data ta’ Kuntatt, ta’ Identità, Finanzjarja u dwar it-Tranżazzjonijiet) għal sitt snin wara li jieqfu li jaġixxu bħala membri, għal finijiet fiskali.

F’ċerti ċirkostanzi, inti tista’ titlob li d-data tiegħek tiġi mħassra: ara s-sezzjoni t’hawn taħt dwar kif titlob tħassir għal aktar informazzjoni.

Aħna nistgħu nrendu d-data personali tiegħek anonima (b’tali mod li ma tibqax assoċjata miegħek) għal finijiet ta’ riċerka jew statistika. F’dan il-każ, nistgħu nużaw l-informazzjoni għal perjodu indefinit mingħajr ma nkomplu ninnotifikawk.

9. ID-DRITTIJIET LEGALI TIEGĦEK

9.1 F’ċerti ċirkostanzi, inti għandek drittijiet taħt il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data fir-rigward tad-data personali tiegħek.

• Dritt li taċċessa d-data personali tiegħek.

• Dritt li titlob korrezzjoni tad-data personali tiegħek.

• Dritt li titlob li d-data personali tiegħek tiġi mħassra.

• Dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

• Dritt li titlob li d-data personali tiegħek tiġi pproċessata b’mod ristrett.

• Dritt li titlob trasferiment tad-data personali tiegħek.

• Dritt li tirtira l-kunsens tiegħek.

9.2 Jekk tixtieq teżerċita wieħed minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

9.3 Normalment Ma Tintalab l-Ebda Miżata

Inti mhux se tintalab tħallas kwalunkwe miżata biex taċċessa d-data personali tiegħek (jew biex teżerċita wieħed mid-drittijiet tiegħek). Madankollu, nistgħu nitolbuk tħallas miżata jekk it-talba tiegħek hija bla bażi, repetittiva jew eċċessiva. Inkella, nistgħu nirrifjutaw li naderixxu mat-talba tiegħek f’dawn iċ-ċirkostanzi.

9.4 X’nistgħu neħtieġu mingħandek

Aħna nistgħu nitolbuk informazzjoni speċifika biex tgħinna nikkonfermaw l-identità tiegħek u niżguraw id-dritt tiegħek għall-aċċess għad-data personali (jew li teżerċita wieħed mid-drittijiet). Din hija miżura ta’ sigurtà li tiżgura li d-data personali tiegħek ma tiġix żvelata lil kwalunkwe persuna li m’għandhiex dritt li tirċeviha. Nistgħu wkoll nikkuntattjawk biex nistaqsuk għal aktar informazzjoni relatata mat-talba tiegħek sabiex inħaffu r-risposta tagħna.

9.5 Sa Meta Għandna Nwieġbuk

Aħna nipprovaw inwieġbu għat-talbiet kollha leġittimi f’temp ta’ xahar. Xi kultant jaf nieħdu aktar minn xahar jekk it-talba tiegħek hija partikolarment kumplessa jew jekk tkun għamilt numru ta’ talbiet. F’dan il-każ, se ninnotifikawk u nżommuk aġġornat(a).

10. GLOSSARJU

10.1 Bażi legaliKunsens tfisser l-ipproċessar tad-data tiegħek fejn inkunu ġibna permess mogħti b’mod liberu, speċifiku, informat u mhux ambigwu. Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin u aħna se nieqfu nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek għal dak l-iskop.

Interess Legali tfisser l-interess tal-kumpanija tagħna fit-twettiq u l-ġestjoni tal-attività tagħna sabiex nipprovdulek l-aħjar servizz/prodott u l-aħjar esperjenza bl-ogħla sigurtà. Aħna niżguraw li nikkunsidraw u nwieżnu l-impatt potenzjali fuqek (kemm pożittiv kif ukoll negattiv) u d-drittijiet tiegħek qabel ma nipproċessaw id-data personali tiegħek għall-interessi legali tagħna. Aħna ma nużawx id-data personali tiegħek għal attivitajiet fejn l-interessi tagħna jiġu ssuperati mill-impatt fuqek (sakemm ma jkollniex kunsens tiegħek jew sakemm ma nkunux mitluba jew permessi li nagħmlu dan mil-liġi). Inti tista’ tikseb informazzjoni addizzjonali dwar kif nevalwaw l-interessi leġittimi tagħna kontra l-impatt potenzjali fuqek fir-rigward ta’ attivitajiet speċifiċi billi tikkuntattjana.

Eżekuzzjoni ta’ Kuntratt tfisser l-ipproċessar tad-data tiegħek fejn huwa meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li int parti fih jew biex nieħdu ċerti passi skont it-talba tiegħek qabel ma nidħlu fit-tali kuntratt.

Konformità ma’ obbligu legali jew regolatorju tfisser l-ipproċessar tad-data personali tiegħek fejn huwa meħtieġ għal finijiet ta’ konformità ma’ obbligu legali jew regolatorju li nkunu soġġetti għalih.

10.2 Id-Drittijiet Legali Tiegħek

Inti għandek dritt li:

Titlob aċċess għad-data personali tiegħek (magħrufa b’mod komuni bħala “talba għal aċċess minn suġġett tad-data”). Dan jippermettilek li tirċievi kopja tad-data personali li nkunu qed inżommu dwarek u li tivverifika li qed nipproċessawha b’mod legali.

Titlob korrezzjoni tad-data personali li nkunu qed inżommu dwarek. Dan jippermettilek li titlob li kwalunkwe data mhux kompluta jew korretta li nżommu dwarek tiġi kkoreġuta, għalkemm jaf ikollna nivverifikaw l-akkuratezza tad-data l-ġdida li tipprovdilna.

Titlob għal tħassir tad-data personali tiegħek. Din tippermettilek titlobna li nħassru jew inneħħu data personali fejn m’hemm l-ebda raġuni valida għalina li nkomplu nipproċessawha. Għandek ukoll id-dritt li ssaqsina nħassru jew inneħħu d-data personali tiegħek fejn tkun eżerċitajt b’suċċess id-dritt tiegħek li toġġezzjona għall-ipproċessar (ara hawn isfel), fejn jaf inkunu pproċessajna l-informazzjoni tiegħek b’mod illegali jew fejn jeħtiġilna nħassru d-data personali tiegħek biex naderixxu mal-liġi lokali. Innota, madankollu, li mhux dejjem inkunu nistgħu nikkonformaw mat-talba tiegħek ta’ tħassir minħabba ċerti raġunijiet legali li se ninformawk dwarhom, fejn applikabbli, meta tagħmel it-talba tiegħek.

Toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek fejn inkunu qed nibbażaw ruħna fuq interess leġittimu (jew dak ta’ parti terza) u jkun hemm xi ħaġa fis-sitwazzjoni partikolari tiegħek li twasslek biex toġġezzjona għall-ipproċessar fuq din il-bażi peress li tħoss li għandha impatt fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tiegħek. Għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona fejn inkunu qed nipproċessaw id-data personali tiegħek għal skopijiet ta’ marketing dirett jew għal riċerka statistika, sakemm l-ipproċessar ma jkunx neċessarju għall-interess tal-pubbliku. F’ċerti każijiet, jaf nuru li għandna raġunijiet/bażijiet validi biex nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek li jirbħu fuq id-drittijiet u l-libertajiet tiegħek.

Titlob għal limitazzjoni fl-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Dan jippermettilek titlob li l-ipproċessar tiegħek jiġi sospiż fix-xenarji li ġejjin: (a) jekk tixtieq li nistabbilixxu l-akkuratezza tad-data; (b) fejn l-użu tagħna tad-data huwa illegali iżda ma tridniex inħassruha; (c) fejn tridna inżommu d-data anke jekk ma jkollniex aktar bżonnha għax ikollok bżonn tistabbilixxi, teżerċita jew tiddefendi ċerti pretensjonijiet legali; jew (d) tkun oġġezzjonajt għall-użu tagħna tad-data tiegħek iżda jkollna bżonn nivverifikaw jekk għandniex bażijiet legali biex nużawha li jirbħu fuq l-oġġezzjoni tiegħek.

Titlob trasferiment tad-data personali tiegħek lilek jew lil parti terza. Aħna se nipprovdulek, jew nipprovdu lil parti terza li tkun għażilt int, id-data personali tiegħek f’format strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara minn magna. Jekk jogħġbok innota li dan id-dritt japplika biss għal informazzjoni awtomatizzata li tkun oriġinarjament tajtna l-kunsens li nużawha jew fejn inkunu użajna l-informazzjoni biex inwettqu kuntratt miegħek.

Tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin meta nkunu qed nibbażaw ruħna fuq il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Madankollu, dan ma jaffettwax il-legalità ta’ kwalunkwe pproċessar li jkun twettaq qabel ma’ tirtira l-kunsens tiegħek. Jekk tirtira l-kunsens, jaf ma nkunux nistgħu nipprovdulek ċerti prodotti jew servizzi. Aħna se navżawk jekk dan ikun il-każ fiż-żmien meta tirtira l-kunsens tiegħek.